---
title: Rewwixta
url: 'https://ghargremxul.mt/mt/games/rewwixta'
markdown: 'https://ghargremxul.mt/mt/games/rewwixta.md'
lang: mt
date: '2020-08-10'
description: "Lgħajba ta' rwoli fejn jintqalu stejjer ta' assedji, ribelljonijiet, u rewwixti kontra setgħat kolonjali. Rewwi"
---

# [Rewwixta](https://ghargremxul.mt/mt/games/rewwixta)

   10th Aug 2020  

Lgħajba ta' rwoli fejn jintqalu stejjer ta' assedji, ribelljonijiet, u rewwixti kontra setgħat kolonjali.

![Rewwixta](https://ghargremxul.mt/images/1/e/d/5/5/1ed5575508d3c7ece02ee9379c4e0fc472193828-rewwixta.jpg "Rewwixta")

*Rewwixta* hija lgħajba fejn jintqalu stejjer ta' assedji, ribelljonijiet, u rewwixti kontra setgħat kolonjali. M'hemmx bżonn parteċipanti oħra biex tilgħab Rewwixta; tista' tintlagħab minn persuna waħda. Il-lgħajba hija bbażata fuq il-logħba tal-brilli, logħba li hija parti mill-folklor Malti.

Għalkemm *Rewwixta* hija ispirata minn bosta rewwixti li saru Malta, il-lgħajba hija espliċitament kontra l-idea li għandek timxi mal-istess ideat. Anzi, nħeġġuk tirrakkonta stejjer ta' rewwixta li verament jistgħu jissejħu tiegħek.

Dokument ta' 12-il paġna, b'paġna u nofs ta' referenzi akkademiċi u referenzi għall-istampi li ntużaw.

[ ![Rewwixta fuq RPG Trader](https://ghargremxul.mt/images/2/a/4/c/e/2a4ce74efa914c36ce61895bc94d1e2aec370744-rpg-trader-rewwixta.png "Rewwixta fuq RPG Trader")](https://rpgtrader.com/products/7368/rewwixta)

Parti minn dawn il-ġabriet:

- [Croatian Earthquake Relief](https://itch.io/b/774/croatian-earthquake-relief), li spiċċat fit-22 ta' Frar 2021
- [Indie bundle for Palestinian Aid](https://itch.io/b/902/indie-bundle-for-palestinian-aid), li spiċċat fit-12 ta' Ġunju 2021
- [Bundle for Ukraine](https://itch.io/b/1316/bundle-for-ukraine), li spiċċat fit-18 ta' Marzu 2022
- [TTRPGs for Trans Rights in Texas!](https://itch.io/b/1308/ttrpgs-for-trans-rights-in-texas), li spiċċat fl-4 ta' April 2022
- [Bundle for Buffalo](https://itch.io/b/1396/bundle-for-buffalo), li spiċċat fil-21 ta' Ġunju 2022
- [Indie Bundle for Abortion Funds](https://itch.io/b/1472/indie-bundle-for-abortion-funds), li spiċċat fl-14 ta' Lulju 2022
- [Solo But Not Alone 3](https://itch.io/b/1692/solo-but-not-alone-3), li spiċċat fil-31 ta' Marzu 2023
- [TTRPGs to Support HIV+ Children in India](https://itch.io/b/1873/ttrpgs-to-support-hiv-children-in-india), li spiċċat fit-30 ta' Ġunju 2023
- [Games For Gaza](https://itch.io/b/2120/games-for-gaza), li spiċċat fid-9 ta' Novembru 2023
- [TTRPGs for Palestine charity bundle on Tiltify](https://tiltify.com/@jesthehuman/ttrpgs-for-palestine), li spiċċat fis-7 ta' Mejju 2024
- [TTRPGs for Palestine](https://itch.io/b/2295/ttrpgs-for-palestine), li spiċċat fis-27 ta' Ġunju 2024
- [Play for Peace - Games for Palestine 2025 Charity Bundle](https://itch.io/b/2979/play-for-peace-games-for-palestine-2025-charity-bundle), li spiċċat fit-23 ta' Settembru 2025

---

## Navigation

- Parent: [Logħob](https://ghargremxul.mt/mt/games.md)
- Previous: [Is-Saflenin](https://ghargremxul.mt/mt/games/is-saflenin.md)
