Ara Ġejja l-Mewt Għalik
Lgħajba ta' rwoli dwar il-mewt u n-natura inevitabbli tagħha.

Ara Ġejja l-Mewt Għalik hija lgħajba ta’ rwoli dwar il-mewt u n-natura inevitabbli tagħha. L-idea hija msebbħa mill-logħba tradizzjonali tal-istess isem, kif ukoll minn Ċensa l-Mewt, figura mill-folklor ta’ Malta.
Biex tilgħab Ara Ġejja l-Mewt Għalik, għandek bżonn minn tal-inqas 5 min-nies, mgħammad, u dawwara.
Dokument ta' 9 paġni, b'2 paġni ta' referenzi akkademiċi u referenzi għall-istampi li ntużaw.