Logħba ta' rwoli kooperattiva fejn tipprova tevita traġedja fuq il-baħar.

Ibħra Qawwija hija logħba ta' rwoli kooperattiva fejn tipprova tevita traġedja fuq il-baħar f’diversi sitwazzjonijiet differenti. Tilgħab kontra l-logħba bl-għajnuna ta’ nies oħra, imma l-probabbiltà li jirnexxielek huwa pjuttost baxx.
Biex tilgħab Ibħra Qawwija, għandek bżonn bejn 2 u 5 min-nies, żewġ dammi b'sitt naħat għal kull min se jilgħab, u żewġ dammi oħra b'sitt naħar biex iżżom rendikont ta' rebħiet u telfiet.
Dokument ta' 27-il paġna, b'3 paġni ta' referenzi akkademiċi u referenzi għall-istampi li ntużaw. Magħmul mingħajr intelliġenza artifiċjali ġenerattiva.